Innu Partit Nazzjonalista


 
   

Ikkreajt filmat bl-innu tal-Partit Nazzjonalista u ritratti nazzjonalisti/patrijottici. Dan ghandu jservi biex ifakkar lill-Maltin u l-Ghawdxin kollha, però l-aktar lil dawk li jaghzlu li jissejhu "nazzjonalisti", xi jfisser verament li tkun nazzjonalista. Mhix semplici affiljazzjoni mal-Partit Nazzjonalista, izda fidi politika nazzjonalista ispirata mill-ispirtu patrijottiku kif rapprezentata fit-tradizzjoni tal-PN u l-personaggi murija fil-filmat.

Canal: People & Blogs
Añadido: October 7, 2006 at 3:09 pm
Autor: Ferringa

Duración: 01:49
Puntuación: 4.02
Reproducciones: 21093

Etiquetas: Innu  Malta  Nazionalista  Nazzjonalista  Partit  Patria  

Video URL:


Insertar:

Comentarios

Ferringa (June 12, 2007 at 5:16 pm)
Jiddispjaċini però iddeċidejt li nneħħi l-privileġġ ta' l-ikkummentar f'din il-paġna għax ma rridx li tiddeġġenera fi tfigħ ta' insulti li ma jreġġux il-konfront mal-verità storika. L-importanti li jitgawda l-filmat għal min irid igawdih. Dawk li jieħdu pjaċiir joqgħodu jimpustah f'paġni ikkreati minn ħaddieħor biex jivvilifikaw, jinsultaw u jinġurjaw bil-gideb injorant, jistgħu jsibu paġni oħrajn fejn jagħmlu dan.
Ferringa (June 12, 2007 at 4:58 pm)
Fuq kollox, approvajtlek il-kumment biex nurik kemm int żbaljat anke jekk hawn ma tistax tikteb fit-tul. Jekk trid titfa' l-ħmieġ injorant u falz, imbagħad tilgħaba ta' l-illuminat li ma jirrepetix li jgħidlu ħaddieħor, mur x'imkien ieħor. Li ghidt int huma ingurji diffamatorji u skorrettezzi storiċi msejjsa fuq inġurji qarrieqa ta' avversarji diżonesti, m'għandnix spazju għal dan hawnhekk.
Ferringa (June 12, 2007 at 4:53 pm)
Inti min xiex studjajt, mill-kotba tas-Sensiela Kotba Soċjalisti? L-ewwel bniedem li deher miet ferm qabel ma dehru l-faxxisti l-Italja, oħrajn li akkużajt bħala faxxisti qatt ma giet pruvata l-konnessjoni tagħhom, anzi. Enrico Mizzi fost l-oħrajn ġie deskritt f'mewtu minn Dom Mintoff bħala bniedem "li baqa' Malti, l-aqwa fost il-Maltin". Jiddispjacini, iżda jekk xi ħadd li jirrepeti dak li qallu ħaddieħor, ħmerijiet fuq kollox, biċ-ċert li huwa int.
gajdija (June 12, 2007 at 2:21 pm)
all the pics show are a bunch of fascists.. and after reading this : L-Innu Nazzjonalista ghadu jixraq lill partit taghna. Il-PN ghadu it-tarka ghal-pajjiz, ghad-demokrazzija, u ghal-Liberta ta' dan il-poplu li ghal sittax il sena shah kien mifni minn dittatura socjalista, ibazzata fit-terrur u l-vjolenza....i realized that the story you say is the one you heard not the one you read and studied about.
piroi002 (April 28, 2007 at 1:19 pm)
L-Iscouts illum jghallmu valuri tajbin, ghalmuk kif tkun indipendenti. Il-Brigata Laburista hija l-boghod minhekk. Tghallem biss ...........insomma taf x'tghallem. Darba Wistin Abela waqt il-glieda ta' l-iskejjek privati kien qal li jriedu jghamlu Generazzjoni Socjalista. Ghalhekk riedu jiehdu l-iskejjel tal-knisja taht idejhom. U x'Gara? Kullhadd jaf x'gara ............ Ma rnexxilhomx.
Ferringa (April 28, 2007 at 12:06 pm)
Din għalija mhux daqstant skandaluża anzi. Wara kollox, nistgħu ngħidu l-istess għall-Boy Scouts, li minn dejjem kienu bejta ta' anglofiliżmu u li n-nazzjonalisti għall-bidu kienu jopponu għax ikkunsidrawhom bir-raġun mezz sabiex il-Maltin jiġu ingliżizzati, kif riedu l-Ingliżi.
piroi002 (April 28, 2007 at 12:00 pm)
Haga ohra. Il-bierah fejn nghoqod kien hemm attivita tal-Brigata Laburista fejn dawn ikollhom it-tfal u jigbruhom u 'jghalmuhom'. Sthajjiltni in-North Korea jew fl-Italja Faxxista, nghara it-tfal jimmarcjaw wara tambur. Ghet bejni u bejn ruhi - dawn ma jinbidlu qatt. Irridu jibqaw jindotrinaw kif kienu qabel minghalijhom jghamlu Generazjoni Socjalista.
piroi002 (April 28, 2007 at 12:00 pm)
Ferringa, tant ghandek ragun li l-innu Laburista jixbah hafna lil dak faxxista li darba mort nghara film, 'Corelli's Mandolin' li jitratta l-invazjoni taljana fil-Grecja fejn daqqow l-innu faxxista. Vera skantajt meta smajtu, kemm jixbah l-innu taghhom. Biex nghidlek id-dritt iktar jixbah l-innu tal-MLP milli taghna. Laburisti isimhu l-innu taghkom, u wara isimu dak faxxista u tindunaw kemm ghandi ragun.
Ferringa (April 28, 2007 at 11:11 am)
Jekk taqra t-test ta' l-innu tiddubita kemm għadu jixraq. Wara kollox infakkar fi kliem is-Segretarju Ġenerali Joe Saliba stess, fuq edizzjoni ta' Il-Mument ta' l-2005, fejn qal hu stess li l-partit ilu minn żmien Fenech Adami ma jkun partit "tradizzjonalment nazzjonalista". Issa jekk qalu hu, m'għandix xi nżid mal-kumment tiegħu.
Ferringa (April 28, 2007 at 11:07 am)
Li biex tkun taf, bhala muzika kien jipprecedi kemm il-camicie nere u kemm il-faxxisti, ghax Giovinezza bhala muzika kien originarjament innu universitarju Taljan lejn l-ahhar tas-seklu dsatax u l-muzika tieghu fl-Italja kienet tintuza minn prattikament kulhadd, anke l-antifaxxisti. Apparti minn dak, int li nimmaginak Laburist, ahjar tinnota li l-innu tal-Partit Laburista muzikalment ukoll ghandu xi affinitajiet ma' Giovinezza.